Aqbeż għall-kontentut

Partit Laburista (Malta)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Din hija reviżjoni antika ta' din il-paġna, hekk kif ġiet modifikata minn 217.15.96.18 (diskussjoni) nhar 08:17, 29 Ottubru 2005. Din tista' tvarja mir-reviżjoni attwali.
(diff) ←Reviżjoni eqdem | Ara l-verżjoni attwali (diff) | Reviżjoni iġded→ (diff)

Il-Malta Labour Party (MLP) huwa partit politiku Malti, wieħed miż-żewġ partiti ewlenin f'Malta (l-ieħor il-Partit Nazzjonalista). Huwa jiddeskrivi ruħu bħala partit soċjal demokratiku (fil-fatt huwa affiljat ma' l-Internazzjonali Soċjalista u mal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej).

Twaqqif

Il-Malta Labour Party twaqqaf fl-1949. Dr Pawlu Boffa, dak iż-żmien Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista (mwaqqaf fl-1920 u fil-gvern sa mill-1947) ħalla l-Partit fuq differenzi serji mad-Deputat Mexxej Dom Mintoff u serje ta' krizijiet fil-Kabinett. Boffa ifforma l-Malta Workers Party (MWP) filwaqt li Mintoff irriorganizza l-Partit bħala l-Malta Labour Party.

L-Ewwel Snin

L-MLP ikkontesta l-ewwel elezzjonijiet tiegħu għall-Assemblea Leġislattiva is-sena ta' wara. Il-vot antik Laburista nqasam bejn wieħed u ieħor indaqs bejn il-Partiti suċċessuri li tellgħu hdax-il Deputat kull wieħed. Dan ippermetta lill-Partit Nazzjonalista (PN) li jkollhom vantaġġ żgħir għall-formazzjoni ta' Gvern. Dan il-Gvern ta' minoranza, iżda, ma' kellux ħajja twila. Żewġ elezzjonijiet oħra saru fl-1951 u fl-1953 (l-aħħar darba li koalizzjoni ggvernat f'Malta) b'Gvern iffurmat bejn il-PN u l-MWP li kull darba tnaqqis għall-MWP u żieda għall-MLP.

Il-MWP iddiżintegra u lanqas biss ikkontesta l-elezzjonijiet ta' l-1955. Din il-leġislatura kienet iddominata mill-kwistjoni ta' l-Integration. Il-Partit, li twieled bħala partit anti-kolonjalista, issa ħareġ bl-islogan "Integration or self-determination" u beda jiffavorixxi iżjed l-ewwel parti tal-formola. Fl-1958 sar-referendum fuq il-kwistjoni imma minħabba in-numru kbir ta' astensjonijiet u oppożizzjoni mill-Knisja Kattolika u l-Partit Nazzjonalista, ir-riżultat kien inkonklussiv. Dan, kif ukoll in-numru kbir ta' sensji fit-Tarzna, wassal lil Mintoff biex jirreżenja u jsejjaħ għal protesti nazzjonali.

Dan wassal biex il-Gvernatur ixolji l-Assemblea, jissospendi l-Kostituzzjoni u jistabbilixxi amministrazzjoni Kolonjali diretta.

Is-snin sittin

Fil-frattemp il-Partit fittex ħbiberiji u affiljazzjonijiet ma' partiti u organizzazzjonijiet anti-kolonjali u soċjalisti fit-Tielet Dinja kif ukoll beda jattakka l-Knisja li ra fiha organizzazzjoni pro-Ingliża u l-kawża tal-falliment tal-pjan ta' l-Integration. Dan wassal biex il-Knisja interdettat l-Eżekuttiv tal-Partit kif ukoll imponiet id-dnub il-mejjet fuq min jivvota għall-Partit jew jaqra l-gazzetti tiegħu. Dan wassal għal qasma minuri fil-partit (bil-ħolqien tal-Christian Workers Party li dam sa l-1966) u telfa elettorali fl-1962 li saru taħt kostituzzjoni ġdida.

Il-Partit ipparteċipa fit-taħdidiet għall-Indipendenza imma ma qabilx ma' dak li ġie offrut. Fil-fatt, ma kienx ħa sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet ta' l-Indipendenza fl-1964. Il-Partit għamel kisbiet konsiderevoli fl-elezzjonijiet ta' l-1966 li, iżda, me kinux biżżejjed biex jieħu l-Gvern.

Fl-1969 saret qasma ta' ftit importanza meta twaqqaf il-Partit Komunista Malti. Minn dak inhar dan il-Partit ikkontesta biss l-elezzjonijiet ta' l-1987.