![Back to school join to online learning with school supplies and equipment. laptop computer screen with phone and school accessories and textbooks on yellow and blue background](https://cdn.statically.io/img/learning-corner.learning.europa.eu/sites/default/files/styles/oe_theme_medium_no_crop/public/2023-03/Networking%20teachers%201.jpeg?itok=pdjwQ5xn)
Il-Pjattaforma Ewropea għall-Edukazzjoni fl-Iskejjel hija l-punt fejn jiltaqgħu l-partijiet ikkonċernati kollha fis-settur tal-edukazzjoni fl-iskejjel – l-istaff tal-iskejjel, ir-riċerkaturi, dawk li jfasslu l-politika u professjonisti oħrajn – li jkopri kull livell mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal sal-iskola primarja u sekondarja, inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.
Il-pjattaforma tospita wkoll l-eTwinning, il-komunità għall-iskejjel fl-Ewropa.
![Solidarity for Ukraine - Italy](https://cdn.statically.io/img/learning-corner.learning.europa.eu/sites/default/files/styles/oe_theme_medium_no_crop/public/media_avportal_thumbnails/R1TXrwSUZNwdIXtRxmnTrWOP-905_FRNtLoeq6fu60A.jpg?itok=rCmGHoh1)
Skont l-istimi, kważi nofs ir-refuġjati mill-Ukrajna huma tfal tal-età tal-iskola. Ir-ritorn tagħhom lejn l-iskola se jgħin biex itaffi l-istress psikoloġiku tagħhom, jagħtihom sens ta’ stabbiltà u normalità u perspettiva għall-futur.
F’dawn iż-żminijiet ta’ sfida, hawnhekk issib serje ta’ artikli u riżorsi biex jappoġġjaw l-integrazzjoni tar-refuġjati żgħażagħ Ukreni fis-sistemi edukattivi tal-Istati Membri tal-UE u tal-pajjiżi tal-Erasmus+.
Dan il-vjaġġ ta’ sena ta’ diskussjoni, dibattitu u kollaborazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-politiċi dwar il-futur tal-Ewropa laħaq il-qofol tiegħu f’rapport ippreżentat fid-9 ta’ Mejju lill-Presidenti tal-istituzzjonijiet tal-UE. Ir-rapport jiddeskrivi 49 proposta u aktar minn 320 miżura inklużi objettivi konkreti. Issa huwa f’idejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea li jkomplu jaħdmu fuqhom, kull wieħed skont il-qasam ta’ kompetenza tiegħu.
Linji gwida
![""](https://cdn.statically.io/img/learning-corner.learning.europa.eu/sites/default/files/styles/oe_theme_ratio_3_2_medium/public/2022-12/JM_REPS_HOR_EDITABLE.jpg?itok=d6XL_pmM)
Ispira ruħek minn xi wħud mill-modi differenti ħafna li bihom l-iskejjel illum jinfurmaw liż-żgħażagħ dwar id-dimensjoni Ewropea fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.
![Disinformation guidelines cover](https://cdn.statically.io/img/learning-corner.learning.europa.eu/sites/default/files/styles/oe_theme_ratio_3_2_medium/public/2023-01/Screenshot%202023-01-09%20133812.png?itok=qhnqH5Jq)
Il-linji gwida jiġbru flimkien il-pedagoġija u l-prattika f’format wieħed faċli biex jintuża. Dawn jgħinu biex wieħed jifhem kif jista' jinkiseb il-litteriżmu diġitali u jipprovdu għarfien utli dwar id-dinamika u l-manifestazzjonijiet tad-diżinformazzjoni.
![Graphic detail from the cover](https://cdn.statically.io/img/learning-corner.learning.europa.eu/sites/default/files/styles/oe_theme_ratio_3_2_medium/public/2022-12/ethical%20guidelines%20on%20the%20use%20of%20artificial%20intelligence.jpg?itok=Pc05km5m)
Il-linji gwida ġew imfassla biex jgħinu lill-edukaturi jifhmu l-potenzjal li għandhom l-applikazzjonijiet tal-IA u l-użu tad-<em>data</em> fl-edukazzjoni u biex iqajmu kuxjenza dwar ir-riskji possibbli.
It-tagħlim ta’ suġġetti speċifiċi
Qed tfittex ideat mingħand il-pari tiegħek dwar kif wieħed jista’ jgħallem suġġett speċifiku?
Agħti daqqa t’għajn lill-għażla tagħna ta’ links utli:
![scientix](https://cdn.statically.io/img/learning-corner.learning.europa.eu/sites/default/files/styles/oe_theme_ratio_3_2_medium/public/2023-04/scientixcut.jpg?itok=LYfkwXcG)
Scientix hija l-komunità għall-edukazzjoni xjentifika fl-Ewropa. Għandha l-għan li tippromwovi u tappoġġja kollaborazzjoni mal-Ewropa kollha fost l-għalliema, ir-riċerkaturi, dawk li jfasslu l-politika biex tispira lill-istudenti jsegwu karrieri fil-qasam tax-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika (STEM).
(Sit web multilingwi)
![climate coalition](https://cdn.statically.io/img/learning-corner.learning.europa.eu/sites/default/files/styles/oe_theme_ratio_3_2_medium/public/2023-04/Screenshot%202023-04-20%20160734.png?itok=kDkJPl8p)
Il-Koalizzjoni tal-Edukazzjoni għall-Klima hija l-komunità tal-edukazzjoni parteċipattiva Ewropea li tappoġġja l-bidliet meħtieġa favur soċjetà newtrali għall-klima.
(Sit web bl-Ingliż)
![Blue Charter](https://cdn.statically.io/img/learning-corner.learning.europa.eu/sites/default/files/styles/oe_theme_ratio_3_2_medium/public/2023-04/blue_charter.jpg?itok=p0o7Cmtg)
In-Network tal-Iskejjel Blu Ewropej huwa inizjattiva li tgħaqqad diversi organizzazzjonijiet, proġetti u persuni li jikkontribwixxu għall-għarfien dwar l-oċeani u l-ġestjoni sostenibbli tal-oċeani.
(Sit web bl-Ingliż)
![Radicalisation Awareness Network](https://cdn.statically.io/img/learning-corner.learning.europa.eu/sites/default/files/styles/oe_theme_ratio_3_2_medium/public/2023-04/ran_banner_2022.jpg?itok=1AgMh6y0)
In-Network ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (Prattikanti tar-RAN) jgħaqqad prattikanti tal-ewwel linja mill-Ewropa kollha li huma involuti kemm fil-prevenzjoni kif ukoll fil-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti fil-forom kollha tiegħu.
(Sit web bl-Ingliż)